Jekk tista’ evita Triq Dun Karm f’Birkirkara

Jekk tista’ evita Triq Dun Karm f’Birkirkara, minħabba t-traffiku li nġema’ wara inċident żgħir.
Sorsi minn fuq il-post qalu lil Newsbook.com.mt li kien hemm ħabta bumper-to-bumper bejn żewġ vetturi, u minħabba f’hekk ingħalqet karreġġjata minnhom.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.35am f’dil-bypass fid-direzzjoni ta’ San Ġwann.