Jekk tippjana li tgħaddi mill-Imrieħel…

Infrastructure Malta

Għada mistennija terġa’ tinfetaħ it-triq li tgħaqqad il-Marsa-Ħamrun bypass mal-bypass tal-Imrieħel. Dan wara li fi stqarrija l-ġimgħa l-oħra, Infrastructure Malta ħabbret li t-triq se tkun magħluqa mil-lum sal-Ġimgħa.

Din it-triq kellha tingħalaq sabiex tinbena b’pedamenti u asfalt ġodda bħala parti mill-aħħar xogħlijiet tal-proġett tat-twessigħ tal-istess Marsa-Ħamrun bypass.

Fi stqarrija, Infrastructure Malta spjegat li żiedet ir-riżorsi tagħha u bdiet ix-xogħol tul il-lejl biex jitħaffef il-proċess. Għalhekk, it-triq se tinfetaħ tul il-ġurnata u tingħalaq billejl.

Il-bypass tal-Marsa u l-Ħamrun hi mistennija titlesta b’6 korsiji minflok 4 f’dan ix-xahar stess.