Jekk tilmaħ għasfur tal-bejt…

Il-komunità lokali qed tkun mħeġġa tieħu sehem fil-proġett ‘Spot a Sparrow’ minn BirdLife Malta.
Il-proġett jinkludi ġbir ta’ informazzjoni ta’ fejn hemm għasafar tal-bejt li bil-lejl imorru jistkennu fis-siġar fir-Rabat, f’Raħal Ġdid u f’Wied il-Għajn fost irħula oħra.
Din il-ġimgħa, il-proġett minn BirdLife u l-fondazzjoni Inspire daħal f’fażi ġdida hekk kif it-timijiet bdew bil-fieldwork.
Persuni b’diżabilità u oħrajn li jbatu minn xi kundizzjonijiet fosthom awtiżmu u down syndrome qed jieħdu sehem f’dan il-proġett.
Mal-100 sit ġdid kienu identifikati bħala nħawi fejn ikun hemm l-għasfur tal-bejt.
Fi stqarrija, intqal li kulħadd jista’ jingħaqad f’dan il-proġett billi jirrapporti l-inħawi fejn numru kbir t’għasafar tal-bejt imorru jistkennu fis-siġar.

Ritratt: Aaron Tanti