Jekk tiddelitta bis-sajd bil-kannizzati…

Sidien ta’ bastimenti tas-sajd kummerċjali jistgħu jipparteċipaw fl-allokazzjoni tal-postijiet tas-sajd bil-kannizzati.
Fi stqarrija, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura qal li jistgħu jiġu miġbura u sottomessi applikazzjonijiet skont ir-Regolament 26 tar-Regolamenti Dwar is-Sajd.
L-applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa, għandhom jiġu sottomessi mis-17 ta’ April sat-28 ta’ April, bejn it-8am u 12pm, mit-Tnejn sal-Ġimgħa jew inkella jista’ jintbagħat imejl.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fuq dawn l-indirizzi:
Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, l-Għammieri, Triq l-Ingiered, il-Marsa, MRS 3303. (Attenzjoni: Lucienne Cassar)
jew
Uffiċċju tas-Sajd, Triq Martino Garces, l-Imġarr, Għawdex. (Attenzjoni Mario Tabone)
Ritratt: Arkivji (Ian Noel Pace)