Jekk tħobb tuża Snapchat…

Il-kumpanija Snap Inc. li ħolqot l-app Snapchat ħabbret li issa kull min juża l-app se jkun jista’ jżomm il-filmati u ritratti tiegħu f’kategorija ġdida li se tkun aċċessibli għall-pubbliku.
Il-kumpanija qalet li dan se jgħin biex kull min juża Snapchat ikollu l-għażla li jkollu udjenza ikbar.
Din il-mossa qed titqies bħala waħda strateġika għall-kumpanija hekk kif aktar ma jmur Facebook qed jikkopja lil Snapchat u dan tal-aħħar qed jiġġieled għall-oriġinalità fid-dinja tat-teknoloġija.