Jekk tħobb tirreċta

Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann se jorganizza kors tad-drama mill-għalliema u l-awtriċi Natasha Turner.
Il-kors Ħiliet Ħielsa se jagħti l-opportunità liż-żgħażagħ biex jiskopru u jisfruttaw il-ħiliet tagħhom, u fl-istess ħin se jservi biex jagħmlu ħbieb ġodda u jaħdmu bħala tim.
Ħiliet Ħielsa se jtul 12-il ġimgħa u se jsir kull nhar ta’ Sibt mill-10am sa 12pm.
Il-korsijiet se jilħqu l-qofol tagħhom bi dramm oriġinali miktub minn Turner u li se jittella’ mill-applikanti fi żmien il-Milled.
Jista’ japplika kull min għandu minn 14-il sena  jew aktar.
Għal aktar dettalji tista’ tibgħat email.