Jekk tħobb ħafna l-melħ, tista’ tixjieħ aktar malajr!

Jekk tieħu ħafna melħ, tista’ tixjieħ aktar malajr! Dan joħroġ minn riċerka li minbarra li kkonfermat li s-sodju jżid il-pressjoni tad-demm, din hija l-ewwel darba li nstab li s-sodju għandu wkoll effett fuq iċ-ċelloli umani.
Ix-xjentisti sabu li s-sodju li jinsab fil-melħ jaħdem id f’id mal-obeżità sabiex jitħaffef il-proċess tal-età u persuna tixjieħ aktar malajr.
Il-parti l-kbira tas-sodju f’dieta tiġi minn ikel proċessat u dan l-effett jibda jinħass mindu t-tfal ikunu għadhom fl-adoloxxenza tagħhom bejn 14 u 18 –il sena.
Għalhekk ġenituri jistgħu jgħinu lil uliedhom billi jevitaw li jtuhom ikel proċessat u jsarju minflok ikel frisk. Jistgħu wkoll jagħtu frott frisk bħala snacks minflok patata moqlija jew ċips.
Id-doża rakkomandata ta’ melħ hija dik ta’ 6 grammi kuljum. Ħafna mill-adoloxxenti qabżu dan il-limitu l-aktar minħabba l-ħobż u ċ-ċereali li jieklu ta’ spiss.