Jekk tħarbex xi poeżija

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Għaqda Poeti Malti qed jistiednu poeti biex jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2017 tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Bountempo.
Parteċipanti huma mitluba jissottomettu sa tliet poeżiji bil-Malti ta' bejn sitt u tletin vers. Il-poeżiji ma jistgħux ikunu dehru qabel f'forma stampata, f'antoloġiji jew f'ġurnali.
Il-Konkors, li twaqqaf għall-ewwel darba s-sena l-oħra, joffri tliet premjijiet – l-ewwel, it-tieni u t-tielet premju. L-ewwel premju huwa ta' €400, segwit minn premju ta' €200 għat-tieni post u €100 għat-tielet. Ġurija ta' tliet aġġudikaturi se tevalwa l-poeżiji li għandhom jiddaħħlu taħt nom de plume
Il-poeżiji rebbieħa se ssir waqt avveniment f'Sir Temi Zammit Hall fiċ-Ċentru tal-Mediterran għal Konferenzi nhar il-Ġimgħa 10 ta' Novembru, bħala parti mill-programm kulturali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li nhar il-Ġimgħa se jkun iddedikat l-aktar għall-poeżija.
Il-poeżiji jintlaqgħu sa nhar l-4 ta’ Settembru.