Jekk tgħaddi minn Baċir Numru 7

Dawk li jgħaddu mir-rotta temporanja minn Baċir Numru 7 se jaraw titjib f’partijiet mir-rotta modifikata, min-nhar it-Tnejn li ġej.
Fi stqarrija, Transport Malta qalet li l-vetturi se jaċċessaw ir-rotta minn ftuħ ftit metri bogħod minn dak eżistenti u se joħorġu minn Tirq Chester għal Triq Prinċep Albertu.
It-triq mill-Baċir Numru 7 se tibqa’ miftuħa, fid-direzzjoni tal-Marsa minn Raħal Ġdid, fost il-ġimgħa bejn is-6am u d-9.30am.
TM fakkret li din hi rotta temporanja u li se tiżviluppa triq indipendenti li tgħaddi minn dik li kienet ix-Ship Building.
It-triq se taħdem bħal tidal lane oħra li tgħaqqad Telgħet Raħal Ġdid ma’ Albert Town.