Spice jinstab wara siegħa mitluf

Wara siegħa mitluf il-kelb Spice instab fi triq traffikuża fl-Imrieħel.

Il-kelb tar-razza Siberian Husky intilef aktar kmieni llum. Sid il-kelb appellat fuq Facebook biex jekk xi ħadd jara lill-kelb li jismu Spice, jagħmel kuntatt maghha.

Il-kelb intilef f’Birkirkata fl-akwati ta’ Triq Salvu Psaila viċin stabbiliment sportiv, madanakollu xi wħud stqarrew li allegatament il-kelb deher St Venera fl-akwati tal-akwadotti.

 

https://www.facebook.com/photo.php?fbid=1697060690343854&set=a.465853630131239.101857.100001198173986&type=3&theater