Jekk taqbad tal-linja minn jew għal San Ġwann

Mis-17 ta’ April li ġej se jidħlu fis-seħħ tibdiliet fit-trasport pubbliku li se jaffettwaw l-inħawi ta’ San Ġwann.
F’laqgħa bejn il-Malta Public Transport u l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, ġie deċiż li minbarra r-rotot 22 u 24, se jiżdiedu żewġ rotot oħra: 25 u 35.
Ir-rotta 25 se tibda titlaq mill-Belt Valletta lejn San Ġwann kull siegħa, u tgħaddi minnTriq tal-Balal, Triq Dun F. Camilleri, Triq taż-Żwejt sakemm tasal ħdejn ir-roundabout tal-Isptar Mater Dei.
Ir-rotta 35 titlaq mill-Belt Valletta kull nofsiegħa lejn l-Imsida u r-roundabout tal-Università, tgħaddi minn Mater Dei u lejn iż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann u Triq taż-Żwejt. Imbagħad ir-rotta tgħaddi minn Triq id-9 ta’ Frar 1799, Triq V. Borg Bared u lejn il-Knisja ta’ San Ġwann.
Il-Malta Public Transport qalet li tinsab kunfidenti li dawn ir-rotot ġodda se jsolvu l-problemi eżistenti.
Żiedet tgħid li mhux eskluż li dan ix-xahar jidħlu fis-seħħ tibdiliet oħra żgħar f’żoni oħra.