Jekk taħdimx fix-xemx mhux bil-kriterju tal-PM – Agius

Il-Viċi kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius qal li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma timxix skont kif jaħsibha l-Prim Ministru, li trid tkun barrani biex taħdem fix-xemx, iżda skont jekk tkunx Nazzjonalist jew Laburist.

AQRA: “Ix-xogħol fix-xemx nagħtuh lill-barranin” – Muscat; “M’hemmx inkjesta dwari” – Delia

David Agius kien qed jitkellem fid-diskussjoni  Parlamentari dwar l-estimi finanzjarji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.   Stqarr li “hu fatt magħruf li Laburisti li daħlu dan l-aħħar fil-Korporazzjoni qed imorru fejn iridu”. 

AQRA:  Il-Korporazzjoni tal-Ilma lesta għaż-żieda fil-popolazzjoni – Mizzi

Agius ilmenta li l-Oppożizzjoni ma setgħetx twassal l-kritika tagħha, peress li r-rapport annwali tas-sena l-oħra għadu ma ġiex ippubblikat.

Tenna l-appell tiegħu li l-Oppożizzjoni lesta toffri l-id ta’ ħbiberija biex is-settur tal-ilma jkun organizzat aħjar, sostenibbli u irħas.

Kien waqt l-ewwel dibattitu bejn il-mexxejja taż-żewġ partiti politiċi ewlenin, li Dr Muscat kien qal li x-xogħol fix-xemx għandu jingħata lill-barranin. Jiem wara, il-Prim Ministru qal li ddispjaċih għall-kummenti li għamel.

AQRA:  “Iddispjaċieni” – Muscat

AQRA: Muscat b’argumenti razzisti – Graffitti