Jekk taħdem maż-żgħażagħ f’Għawdex

Il-Kunsill taż-Żgħażagħ Għawdxin ħarġet espressjoni ta' interess Youth Workers f’Għawdex.
Fi stqarrija l-Kunsill spjega li din l-espressjoni ta' interess hija valida għal Youth Workers li huma bbażati f'Għawdex u/jew jixtiequ jaħdmu f'Għawdex.
Il-Youth Workers se jkunu involuti direttament fix-xogħol tal-Kunsill taż-Żgħażagħ Għawdxin kif ukoll fil-proġetti u l-avvenimenti li se jsiru fix-xhur li ġejjin.