Jekk taħdem fis-sħana għandek aktar ċans t’attakk tal-qalb

Jekk taħdem f’temperaturi sħan għandek aktar ċans li tbati minn attakk tal-qalb.
Riċerka ġdida mill-Università ta’ Edinburgh tispjega kif il-mard tal-qalb hu l-aktar komuni li jwassal għall-mewt fost il-pumpiera u dawk li jaħdmu f'temperaturi għoljin.
F’din ir-riċerka ħareġ kif diversi pumpiera li kienu għadhom żagħar fl-età u li kienu fiżikament f’saħħithom mietu b’kaġun ta’ attakk tal-qalb.
19-il pumpier li huma b’saħħithom u ma jpejpux ipparteċipaw f’eżerċizzju bħala parti minn dan l-istudju fejn kienu esposti għal temperaturi għolja filwaqt li kellhom apparat li jistudja l-qalb.
Skont l-istudju t-temperatura ta’ ġisimhom baqgħet għolja ħafna sa tliet siegħat wara li l-eżerċizzju kien spiċċa kif ukoll li d-demm kellu 66% ċans aktar li jifforma trombożi.
Dan l-istudju ġie pubblikat fil-ġurnal Circulation.