Jekk tagħraf lil dan ir-raġel informa lill-Pulizija

Il-Pulizija qed tfittex lil dan ir-raġel wara li l-Ħamis huwa nqabad allegatament jisraq minn sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Blandun Raħal Ġdid limiti tal-Fgura. Jidher li l-pjanċi ta’ dn il-vann huma misruqa wkoll.

Din ma kinitx l-ewwel darba li l-kutrattur safa misruq mill-istess sit ta’ kostruzzjoni hekk kif ftit ġimgħat ilu nsterqet numru ta’ għodda li tammonta għall-valur ta’ €6,000.