Jekk taf tkanta u tirreċta…

It-Teatru Astra f’Għawdex qiegħed jipprepara għall-opra annwali li tittella’ f’Ottubru u qiegħed ifittex persuni li jixtiequ jieħdu sehem fiha.
Din is-sena, it-Teatru Astra se jkun qed itella’ l-opra Lucia di Lammermoor bejn is-26 u 28 ta’ Ottubru.
It-Teatru qed ifittex nies li jixtiequ jkunu parti mill-kor tal-opra, partijiet oħra li ma jinvolvux kant u anke sehem mal-backstage crew.
Dawk kollha li jitħajru huma mħeġġa biex jibagħtu l-formola tal-applikazzjoni li tista tinkiseb minn fuq il-websajt www.lastella.com.mt.
Wara l-proċess tal-applikazzjoni, ser tkun qed issir audition lil dawk li ser japplikaw.
L-applikazzjonijiet jiġu milqugħa sa mhux aktar tard mill-Ġimgha 11 ta’ Awwissu. 
Intant jekk tixtieq tmur l-opra, il-booking huwa miftuh u jista jsir online fuq is-sit www.teatruastra.org.mt.
L-opra Lucia di Lammermoor qed tittella bis-support tal-Gozo Cultural Support Programme u ser tiftaħ is-sensiela ta’ ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-ħamsin anniversarju mill-ftuħ tat-Teatru Astra