Jekk taf anzjan li jattendi fiċ-ċentri ta’ anzjanità attiva…

Dawk l-anzjani li jattendu ċentri ta’ anzjanità attiva għandhom l-opportunità li jżuru postijiet storiċi.
Dan permezz ta’ kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Heritage Malta. 
Permezz ta’ żjarat simili, l-anzjani għandhom l-opportunità jitgħallmu u jġeddu memorji ta’ postijiet li jfakkruhom fl-imgħoddi u li jqanqlu nostalġija.
L-anzjani għandhom l-opportunità wkoll li jitgħallmu dwar postijiet ta’ interess storiku li jmorru lura sekli sħaħ u dwar postijiet ta’ valur kulturali.
Filwaqt li jgawdu s-sbuħija ta’ pajjiżna, l-anzjani jistgħu jitgħallmu dwar il-konservazzjoni tal-istorja Maltija permezz ta’ Heritage Malta. 
Ritratt: DOI: Omar Camilleri