Jekk stressjat tiżvogax fl-ikel jew fix-xorb, imma….

Minflok jiżvogaw fl-ikel jew fix-xorb, bosta adulti qed isibu modi oħra kif jegħlbu l-istress.
Il-fenomenu l-ġdid huwa li jaqbdu ktieb tat-tpinġija simili għal tat-tfal, u bil-kuluri u markers jibdew ipinġu.
Esperti qalu li meta adult jibda jpinġi, jirnexxielu jinsa kollox u jgħix il-mument.
Il-kotba tat-tpinġija tal-adulti ġeneralment ikunu ftit aktar kumplessi minn dawk tat-tfal.
Hemm min qed jorganizza wkoll dawk li qed jissejħu colouring parties, bil-mistednin jinġabru f’post wieħed u joqogħdu jpinġu.