Jekk sifirt u tixtieq tagħti d-demm…

Hekk kif is-sajf beda dieħel ġmielu, ħafna huma dawk li jiddeċiedu li jmorru btala u jaqtgħu ftit mir-rutina ta’ kuljum.

Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm jixtieq javża, li dawk kollha li siefru f’din l-aħħar sena b’mod partikolari fl-aħħar erba’ ġimgħat, u jixtiequ jagħtu d-demm jistgħu jċemplu fuq il Freephone 80074313 jew 79307307 u jistaqsu jekk humiex eliġibbli li jagħtu.

Dan jgħodd ukoll għal dawk il-persuni li siefru f’xi pajjiż fl-Ewropa. Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm spjega li minħabba li l-effett ta’ sħana u xi infezzjonijiet li jiġu rrapurtati f’ċerti pajjiżi, il-lista ta’ dawk il-pajjiżi li huwa sigur li wieħed jagħti d-demm wara li jżurhom tiġi aġġornata mill-inqas darba fil-ġimgħa. Dan isir bil-għan li jkun hemm iktar sigurtà kemm tad-donatur kif ukoll ta’ dawk li qed jibbenefikaw mid-donazzjoni tad-demm.

Dawk li huma eliġibbli li jagħtu d-demm jistgħu jmorru

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljummit-8:00am sas-6:00pm
  • fil-Mobile Blood Donation Unitli s-Sibt 29 ta’ Ġunju se jkun fil-Pjazza tas-Saqqajja r-Rabat mit-8:30am sas-1:00pm.
  • fil-Mobile Blood Donation Unitli l-Ħadd 30 ta’ Ġunju se jkun maġenb il-knisja parrokkjali tal-Ibraġġ mit-8:30am sas-1:00pm.
  • fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex li t-Tlieta 2 ta’ Lulju se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.

Kull min ikun sejjer jagħti d-demm huwa importanti li jiekol u jixrob, kif ukoll jieħu l-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti. Tajjeb li wieħed jħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.