Jekk sejjer lejn Buġibba u l-Qawra…

It-triq mad-dawra ta’ Buġibba u l-Qawra, naħa tal-Gillieru, direzzjoni lejn il-pjazza ta’ Buġibba se tingħalaq għat-traffiku.
Dan hekk kif se jsir xogħol ta’ manutenzjoni u asfaltar bejn illum u l-ħamis, mill-10pm sat-8am.
Għaldaqstant Transport Malta qed tavża li matul dawn l-erbat iljieli, din il-parti tat-triq se tkun magħluqa għat-traffiku. 
TM qed tħeġġeġ lis-sewwieqa biex isibu toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.