Jekk sejjer iż-Żejtun iċċekkja hux se tiġi affettwat

Bejn illum u l­-Ħadd li ġej xi toroq fiż-­Żejtin se jkunu magħluqin. Il­-Pulizija tixtieq tavża biex ħadd ma jipparkja f’dawn it-­toroq.

Triq il-Madonna tal­-Bon Kunsill se tkun magħluqa l-­Ġimgħa 10 ta’ Mejju bejn il-­5pm u t­8pm.

Mill­-Ġimgħa 10 ta’ Mejju fil-­5pm, sa nofsillejl tas-­Sibt 11 ta’ Mejju, Misraħ Gregorio Bonnici se kun magħluq għat-­traffiku.

Is­-Sibt 11 ta’ Mejju mis-­6am ‘il quddiem, Misraħ Gregorio Bonnici se terġa’ tkun magħluqa.

Il­-Ħadd 12 ta’ Mejju mis-­6am ‘l quddiem, Triq San Girgor, Misraħ Wistin Abela, Triq Santu Wisin, Triq ir-Repubblika, Triq Luqa Briffa, Triq San Pawl, Triq il-Kunċizzjoni, Misraħ Carlo Diacono, Triq Mater Bon Kunsill, Misraħ Repubblika and Misraħ Gregorio Bonnici mhux se jkun hemm aċċess biex wieħed jgħaddi minnhom.

Il­-pulizija tixtieq tavża li kull karozza pparkjata f’dawn it-­toroq se tkun irmunkata jekk ma jitneħħewx skont il-­ħinijiet miktuba f’dan l­artiklu.