Jekk sejjer Għawdex, agħżel ħin ieħor

Jekk sejjer Għawdex, jaqbillek tagħżel ħin ieħor. Hemm uħud damu jistennew sa erba' sigħat fil-kju. 
Dan hekk kif qisu mhux se tkun waħdek li se taqsam il-fliegu, b’mijiet ta’ karozzi jistennew fil-kju biex imorru sal-gżira Għawdxija.
Il-kju bħalissa jinsab sal-Marfa.
Sewwieqa li jinsabu qed jistennew qalu ma' Newsbook.com.mt li hemm konfużjoni sħiħa, b'karozzi jaqbżu l-kju minħabba li m'hemmx preżenza ta' Pulizija. Oħrajn qalu li meta ċ-ċemplu l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jispjegaw is-sitwazzjoni fiċ-Ċirkewwa, allegatament kellmuhom b'ton arroganti u qatgħulhom il-linja. 

Bħalissa s-servizz tal-Gozo Channel qed jaħdem b’żewġ vapuri, minħabba li l-vapur l-ieħr jinsab it-Tarzna.

Ritratti fuq info@newsbook.com.mt