Jekk se żżur Għawdex f’Diċembru u f’Jannar…

Programm ieħor mimli daqs bajda għal żmien il-Milied f’Għawdex.
L-attivitajiet jibdew mit-3 ta’ Diċembru u jibqgħu sejrin sat-8 ta’ Jannar u jinkludu l-mixgħela tas-siġra tal-Milied, id-dinja tat-tfal, il-villaġġ agrikolu u l-parata tal-Milied.
Inizjattivi li jħajru viżitaturi lejn Għawdex għal dan il-Milied jinkludu presepji ħajjin f’Għajnsielem, fix-Xagħra u fin-Nadur.
Attrazzjonijiet li jagħtu valur għall-miġja f’Għawdex jinkludu pageants, purċissjonijiet, festi kulturali, dwal u tiżjin tad-djar, kunċerti, avvenimenti reliġjużi u oħrajn għat-tfal, kif ukoll swieq tal-Milied.
Aktar dettalji dwar il-Milied f’Għawdex hawn.