Jekk se tmur tistad għal-lampuki…

Jekk se tmur tistad għal-lampuki ara li tosserva l-pariri tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti. Id-Direttorat qed jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li friegħi tal-palm, li jintużaw għal skop ta’ sajd jinqata’ minn siġar li jkunu ħielsa minn kull sintomu assoċjat mal-Bumunqar l-Aħmar tal-Palm.
Id-Direttorat javża wkoll li:
 

  1. Il-friegħi għandhom jinqatgħu qosra kemm jista’ jkun biex jitnaqqas is-sors ta’ infestazzjoni li normalment ikun fil-parti t’isfel tal-fergħa;
  2. Il-qtugħ ta’ friegħi għandu jkun segwit bi trattamenti preventivi kontra l-Bumunqar Aħmar tal-Palm billi jintużaw taħlita ta’ insettiċidi li jgħattu l-ferita fil-palma, minħabba li l-Bumunqar Aħmar tal-Palm iħobb ibid f’qatgħat friski fil-palma; 
  3. Il-palma li minnha jittieħdu l-friegħi għandha tkun trattata immedjatament b’insettiċida adattata. Dan it-trattament għandu jkun ripetut għal tliet darbiet konsekuttivi biex is-siġra tkun protetta bl-aħjar mod possibbli;
  4. Tingħata attenzjoni speċjali jekk il-friegħi użati jkunu ġejjin minn palm tal- ispeċi Canary Palm (Phoenix canariensis) peress li din hija waħda mill-iktar speċi suxxettibbli għal dan l-insett.  

Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 22926535.