Read in English.
Minkejja li llum mhux l-isbaħ jum biex terħilha sal-baħar, ħafna xorta waħda jmorru jgħumu,hekk kif issa fadal ftit ġimgħat qabel ma t-temperatura tibda tiksaħ.
Fost il-bajjiet li llum wieħed għandu joqgħod attent jekk imur jgħum fihom, kemm minħabba l-kundizzjoni tal-baħar kif ukoll minħabba l-bram, hemm:
Malta:
- Marsaskala
- Il-Bajja ta’ San Tumas
- Il-Ħofriet
- Fomm ir-riħ
- Marsaxlokk
- Il-Bajja s-Sabiħa
- Wied iż-Żurrieq
- Għar Lapsi
Għawdex:
- Ħondoq ir-Rummien
- Mġarr ix-Xini
- Id-Dwejra
- Xlendi
Maltese Islands Weather, paġna indipendenti tat-tbassir tat-temp fuq Facebook, qed twassal kuljum mappa li fiha tindika l-aħjar bajjiet li fihom wieħed jista’ jmur jgħum. Minbarra l-bajjiet rakkomandabbli tindika wkoll il-bajjiet li għandhom jiġu evitati. Dan minħabba bram u baħar imqalleb fost l-oħrajn. Ġeneralment din il-lista tiġi aġġornata kull filgħodu. Dan is-servizz se jibqa’ jingħata sat-30 ta’ Settembru.