Jekk se tmur iż-Żejtun bil-karozza…

Il-Kummissarju tal-Pulizija qed javża li xi toroq fiż-Żejtun se jkunu magħluqin għat-traffiku f’xi ħinijiet. 
Illum, Triq Santa Marija ilha magħluqa mit-8 ta' dalgħodu. 
Nhar il-Ġimgħa, mis-2:30pm 'il quddiem se jingħalqu Misraħ Carlo Diacono, Misraħ Wistin Abela u Triq il-Kostituzzjoni.
Fin-notifika, il-Pulizija tavża li l-karozzi kollha li jipparkjaw f’dawn it-toroq fil-ħinijiet imsemmija hawn fuq se jiġu rmunkati.