Jekk se tixtri post ġdid…

Il-Bank of Valletta ħabbar offerta speċjali fuq il-prodotti HomeFirst u HomePlus. Din l-offerta, li hija valida sat-30 ta’ Ġunju 2018, tfisser tnaqqis fir-rata tal-imgħax fuq iż-żewġ prodotti ta’ self.
Ir-rata tal-imgħax għall-HomeFirst issa qed titnaqqas għal 3.00% għal ammonti ta’ self sa EUR 350,000. L-istess offerta qed tiġi applikata għall-pakkett tal-HomePlus. F’dan il-każ, meta l-valur tas-self ikun akbar minn EUR 350,000, ir-rata tal-imgħax applikabbli hija ta’ 3.15%.
Edward Grech, Chief Officer Consumer Finance fil-BOV, Bank of Valletta, spjega li l-prattika attwali tal-Bank ta’ rata tal-imgħax fissa ta’ 1.99% għall-ewwel tnax-il xahar għal self sa EUR 350,000 se tibqa’ valida.
Il-HomeFirst hija indirizzata lejn individwi jew koppji li jkunu qed jieħdu l-ewwel self tagħhom mal-Bank. Għal klijenti li jkunu qed ifittxu self biex jixtru t-tieni dar tagħhom, japplika l-pakkett tal-HomePlus.