Jekk se tivvjaġġa bil-vapur nhar it-Tlieta…

Jekk bi ħsiebek tivjaġġa bil-Gozo Channel nhar it-Tlieta, se jkun hemm xi tibdil żgħir fl-iskeda tal-vapur minħabba li t-Tnejn festa.
Skont il-Gozo Channel, il-vjaġġi ta’ filgħodu se jsiru kull nofs siegħa bħal ta’ nhar ta’ Tnejn, jiġifieri fis-6am, 6:30am, 7am u 7:30am mill-Mġarr u fis-6:30am, 7am u 7:30am miċ-Ċirkewwa.
Il-vjaġġi l-oħra jibqgħu skont l-iskeda.