Jekk se tiggradwa titfax selfie biċ-ċertifikat onlajn

Studenti Ingliżi li għadhom kemm iggradwaw, ġew imwiddba biex ma jitfgħux ritratti tagħhom biċ-ċertifikati onlajn.

Dan għaliex hemm min jimmanipula dawn ir-ritratti sabiex jiġu kkreati ċertifikati foloz.

Dawn ir-ritratti jistgħu jintużaw minn falsifikaturi biex jikkuppjaw disinji bħal-logos, firem u anki holograms, biex jagħmlu ċertifikati foloz.

Dawn iċ-ċertifikati foloz wara jinbigħu illegalment għal madwar €250.

Madwar 20 universitàIngliża introduċiet ċertifikati diġitali biex jevitaw dan.