Jekk se taddotta kelb, tajjeb tkun taf…

Tajjeb tqis dawn is-sitt punti qabel taddotta kelb:

1. Il-klieb addottati jistgħu jesperjenzaw iktar ansjetà meta tħallihom warajk
Kif iġġibhom id-dar, ma jitilqux minn ħdejk qishom dellek. U meta tħallihom id-dar biex toħroġ, jinfixlu u jibdew jinbħu, jibku u jħammġu. L-esperti jgħidu li din l-imġiba hi komuni fost il-klieb addottati għax jaħsbu li se jerġgħu jiġu abbandunati.

2. It-taħriġ mhux dejjem jirnexxi
Il-pjan ikun li l-kelb jogħġbu l-ispazju li tkun lestejt għalih. Imma ħafna drabi dan ikun irid iserraħ rasu billi joqgħod iktar qrib tiegħu biex ma jitilfekx.

3. Uħud ikunu iktar diffiċli biex jitħarrġu
Min hu indipendenti, min hu rasu iebsa, oħrajn diffiċli joqogħdu għat-taħriġ. Mhux kull kelb ikun irid jitgħallem jitlaq jiġri wara ballun.

4. Jeħtieġu l-attenzjoni bħal klieb oħra
Kull kelb irid l-attenzjoni, dawk addottati forsi xi ftit iktar biex jitfissdu iktar u jpattu għall-fatt li ma kienux ġo familja. Xi razzez imbagħad ikollhom kundizzjonijiet tas-saħħa li jridu iktar attenzjoni.

5. Klieb żgħar u l-problemi fis-snien
Jista’ jkun li għand min kien il-kelb, ma kienx jieħu ħsiebu sew sakemm kien għandhom. Klieb żgħar jistgħu ikunu f’riskju li jitilfu s-snien u li l-ħanek jirtira lura. Klieb ikbar ikollhom riskju iktar li jkissru xi sinna meta jomogħdu xi ħaġa b’mod aggressiv.

6. L-ispejjeż jitilgħu malajr – anke għall-klieb żgħar
Bl-ikel apposta għalihom u l-mediċini li jkun hemm bżonn minn żmien għal żmien, il-kont jitla’ imma s-sodisfazzjon jibqa’!

Dawn il-klieb b’tant personalità qed jistennew li jingħaqdu ma’ familja. Ikkuntattja wieħed mix-xelters madwar Malta biex tmur tiltaqa’ mal-klieb li jieħdu ħsieb huma.