Jekk se ssiefer u trid tivvota

Read in English.

Il-Kummissjoni Elettorali qalet li nhar is-Sibt se tingħata l-faċilità lill-votanti li jkunu se jsiefru f’dan il-jum stess biex jaqbżu l-kju.

Fi stqarrija, il-Kummissjoni qalet li dawn il-persuni għandhom jieħdu magħhom prova dokumentata tas-safar u juruha lill-pulizija inkarigat fiċ-ċentru tal-votazzjoni.

Il-Kummissjoni Elettorali avżat ukoll li l-użu ta’ mobiles, cameras, jew apparat tal-fotografija huwa projbit u li t-teħid ta’ ritratti jew filmati fil-postijiet tal-votazzjoni huwa kontra l-liġi. Skont il-Kummissjoni, min jinqabad jieħu ritratt jew filmat ikollu l-apparat elevat u jittieħdu passi legali kontra tiegħu.