Jekk se ssiefer għada, aħjar tiċċekkja ftit dawn!

Minħabba azzjonijiet industrijali fl-ajruport ta' Fiumicino f'Ruma, l-Air Malta ħabbret li xi titjiriet ta’ għada, il-5 ta' April, se jinbidlilhom il-ħin.
Dawn huma t-titjiriet u l-ħinijiet il-ġodda:
KM 613 (FCO-MLA) tluq minn Ruma fl-9.55am, u tasal Malta fin-12.30pm…25 minuta kmieni.
KM 614 (MLA-FCO) tluq minn Malta fis-6.35pm u tasal Ruma fit-8pm…nofsiegħa kmieni.
KM 615 (FCO-MLA) tluq minn Ruma fid-8.55pm u tasal Malta fl-10pm…35 minuta kmieni.
Iċċekkja sewwa liema titjira kellek, sakemm ma tridx tibqa’ l-art!