Jekk se ssiefer f’Mejju jew Ġunju…

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ntgħażel mill-Kummissjoni Ewropea sabiex jipparteċipa fi proġett pilota għall-iskrinjar ta’ likwidi, aerosols u ġels.
Matul dan l-eżerċizzju, il-passiġġieri li se jsiefru f’Mejju u Ġunju, li f’ċirkostanzi partikolari, jistgħu jkunu qed iġorru aktar minn 100ml ta’ LAGs, jiġu suġġetti għal aktar skrinjar.
Eżerċizzji se jsiru għal għarrieda u għaldaqstant il-passiġġieri xorta għandhom isegwu l-proċeduri standard ta’ sigurtà f’kull ħin.
Ajruporti oħra li se jipparteċipaw huma dawk ta’ Amsterdam, Budapest, Alicante Dublin.
Ir-riżultati mbagħad jiġu analizzati mill-Kummissjoni Ewropea, bil-għan li jiġu implimentati linji gwida ġodda.