Jekk se ssajjar il-minestra…tixtrix minn dan!

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-pubbliku sabiex ma jikkunsmax prodott imsemmi hawn isfel għax jista’ jkun li fih mikrobu.

Il-prodott tad-ditta Findus huwa deskritt bħala Minestrone Tradizionale. Dan jiġi f’pakketti ta’ kilo u m’għandux jintuża għax jista’ jkun li fih il-mikrobu Listeria monocytogenes.

Appelli simili saru aktar kmieni din il-ġimgħa dwar il-ħaxix tal-friża.

Għal aktar informazzjoni, tista’ ċċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew tibgħat imejl fuq mhi@gov.mt

Tista’ wkoll iżżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook.