Jekk se jkollok tarbija din għalik… Aqrah illum

Il-Grupp Familji Nsara qed jistiednu lill-ommijiet kollha li se jwelldu tarbija flimkien mal-missirijiet tat-trabi sabiex flimkien iroddu ħajr għat trabi tagħhom.

Dan se jsir għada fl-10.15am fil-Knisja Parrokkjali ta’ Wied il-Għajn. Għal din l-okkażjoni, huma mistiedna wkoll l-ommijiet li welldu tarbija flimkien mal-missirijiet kif ukoll in-nanniet u qraba oħra.

Se tingħata Santa Kbira bil-kulur u b’isem it-tarbija bħala tifkira tal-okkażjoni. Għal aktar informazzjoni żur is-sit tal-knisja Parrokkjali ta’ Wied il-Għajn.

Illum sar ukoll it-tberik tat-trabi f’ġuf l-omm f’Ta’ Pinu, Għawdex.