“Jekk se jiftħu l-iskejjel tfal b’diżabilità jridu jkunu inklużi” – Scicluna

Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna, insista li jekk l-iskejjel se jerġgħu jiftħu f’Settembru, mela t-tfal b’diżabilità għandhom ikunu inklużi.

Dan qalu f’ittra li ntbagħtet lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, il-Ministeru għas-Saħħa u s-Superintendent għas-Saħħa Pubblika f’isem id-Disability COVID-19 Taskforce. F’April tal-2020, din it-Taskforce bdiet topera sabiex tħares l-impatt tal-coronavirus fuq is-settur tad-diżabilità. Din hija magħmula minn diversi entitajiet fis-setturi diversi li jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità biex jaraw li jkun hemm triq ibbilanċjata.

Scicluna spjega li tħassib li qajjem dan il-grupp fl-aħħar xhur kien dwar l-iskola. Filwaqt li l-grupp qal li m’għandu l-ebda seta li jiddetermina jekk l-iskejjel għandhomx jiftħu jew le, il-membri jaqblu li jekk dawn jiftħu, mela jridu jiftħu għall-istudenti kollha, inkluż dawk li għandhom diżabbiltà.

Il-grupp sema’ diversi appelli u tħassib ta’ ġenituri u gwardjani ta’ tfal b’diżabilità li sostnew li l-pandemija evidentament ikkawżat aktar iżolazzjoni għal dawn it-tfal. B’hekk, il-grupp jemmen li r-riżultat soċjali ta’ xenarji tat-tip irid jingħata importanza massima. Għaldaqstant, il-grupp enfasizza li tfal b’diżabilità li mhux medicament vulnerabbli, għandhom jitħallew jeżerċitaw l-istess drittijiet ta’ studenti oħrajn bħalhom mingħajr restrizzjonijiet.

Il-grupp jemmen li huwa imperattiv li dawk l-istudenti meqjusin medikalment vulnerabbli, wieħed irid jara li d-dritt tagħhom għall-edukazzjoni wkoll ikun indirizzat. Appellaw li wieħed m’għandux iħares biss lejn lezzjonijiet online għal dawn it-tfal, għax huwa evidenti li għal dawk li għandhom bżonn sapport estensiv, din it-tip ta’ edukazzjoni mhix ideali. B’hekk appellaw sabiex ikun hemm “spazji siguri” deċiżi abbażi tal-bżonnijiet ta’ kull każ speċifiku.

Kompla jinsisti li huwa importanti li l-awtoritajiet tal-edukazzjoni u tas-saħħa jaħdmu flimkien biex jassiguraw li jkun hemm approċ olistiku.

X’qed jgħidu l-unions tal-għalliema?
‘Biex jiftħu l-iskejjel irid jonqos l-R-factor’ – ISA

L-iskejjel mistennija jiftħu l-bibien tagħhom mit-28 ta’ Settembru, fejn bħalissa hemm linji gwida li qed ikunu mfassla biex jiddeterminaw kif dan għandu jsir. Kienu diversi dawk li qalu li l-iskejjel m’għandhomx jinfetħu f’Settembru, oħrajn appellaw għall-pubblikazzjoni tal-linji gwida mill-aktar fiss. Il-Ministru Owen Bonnici qal li dawn il-linji gwida għandhom jiġu ppubblikati llum.

The communication below was sent to the Minister for Education, Minister for Health and Supretendent of Public Health on…

Posted by Oliver Scicluna on Thursday, August 27, 2020