“Jekk qed tħossok waħdek, oħroġ mid-dar u fittex l-għajnuna” – Fr Hilary

Fr Hilary Tagliaferro qal li dawk in-nies li qed iħossuhom waħedhom if żmien il-Milied għandhom joħorġ mid-dar tagħhom u jitolbu l-għajnuna.

Ma’ Newsbook.com.mt, Fr Tagliaferro qal li l-ħajja hija sabiħa u minkejja li jkun hemm il-problemi, dejjem tinsab xi soluzzjoni għalihom. Spjega li ħafna drabi n-nies jiffukaw fuq il-flus filwaqt li hemm ħafna affarijiet aktar importanti fil-ħajja. Skont Fr Tagliaferro, l-imħabba u r-rispett huma wisq aktar importanti mill-flus. Fi kliem Fr Tagliaferro, il-bniedem m’għandux jibqa’ daqsekk materjalistiku u minflok għandu jħares aktar lejn ir-relazzjonijiet li jibni.

Fil-Milied instab raġel mejjet fil-Marsa. Fr Hilary Tagliaferro qal li r-raġel miet b’overdose u kien għadu kemm ħareġ mill-programm tar-rijabilitazzjoni.

Jekk inti jew xi ħadd li taf għaddejjin minn xi mument diffiċli, tista’ ċċempel fuq il-linja tal-Appoġġ fuq 179. Inkella tista’ ċċempel lil Crisis Resolution Malta fuq 99339966. Issib professjonisti lesti biex jgħinuk 24 siegħa kuljum.