Jekk qed tfittex in-nuċċali, m’intix waħdek!

Kull min għandu nuċċali żgur li jaf xi jfissru dawn il-ħames sitwazzjonijiet.

  1. Hekk kif inqum filgħodu, infittex in-nuċċali, u nitlob li ma nsibux mgħaffeġ għax inkun irqadt fuqu

 

  1. Nirrealizza li ma nistax insib in-nuċċali jekk ma jkollix in-nuċċali f’għajnejja
  1. Aħħ…ġej il-kafè. Minnufih in-nuċċali jittappan.
  1. Ix-xita, l-għaraq u l-fwar mhumiex ħbieb tiegħi
  1. Nagħmel 5 minuti nimsaħ in-nuċċali, nilbsu, jinżilli,u biex intellgħu nerġa' nħammġu…erġa' ibda.