Jekk PL ikun fil-gvern JPO jżomm il-kariga fl-MCST

Jekk ikun fil-gvern, il-Partit Laburista jżomm lil Jeffrey Pullicino Orlando bħala chairman tal-Kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija.

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Dr Joseph Muscat qal dan waqt żjara li għamel fil-kwartieri tal-MCST. Dr Muscat qal li Dr Pullicino Orlando huwa l-persuna ideali għal din il-kariga. Saħaq li dan huwa Kunsill li għandu bżonn kontinwita’ sabiex jopera aħjar.

Joseph Muscat faħħar il-progress li għamel dan il-kunsill fl-aħħar snin. Saħaq li jekk ikun fil-gvern, il-Partit Laburista jaħdem biex tissaħħaħ l-importanza tax-xjenza u t-teknoloġija f’Malta.