“Jekk nirbħu niddeportaw l-immigranti” – Lega Nord

Il-Partit Lega Nord, li qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali fl-Italja, wiegħed li jekk jitla’ fil-Gvern se jgħamel massa ta’ deportazzjonijiet tal-immigranti li qed ifittxu l-ażil (asylum seekers) fl-Italja.
Il-partit immexxi minn Matteo Salvini qed ifittex li jagħmel tibdil radikali fejn tidħol il-politika għall-migrazzjoni.
Hu saħaq li se jkun qed iġiegħel lill-Qrati tal-ażil biex ma jħarsux lejn iċ-ċirkustanzi tal-vjaġġ tal-immigranti meta jiġu biex jiddeċiedu jekk hux se jtuhom l-ażil jew le.
Lega Nord wiegħed li jekk elett se jibda programm sabiex jibgħat mal-400,000 migrant lura pajjiżhom, inklużi fin-Niġerja, Tuniżja u l-Marokk.
Il-Gvern Taljan li bħalissa mmexxi minn partit Demokratiku reċentement ħa passi kontroversalji sabiex jitnaqqsu n-numru ta’ immigranti li qed jaslu fil-pajjiż. Xi allegazzjonijiet jgħid li l-istess Gvern wasal biex għamel arranġamenti ma’ milizzji u tribujiet fil-Libja, azzjonijiet li ġew ikkundannati mill-attivisti għad-drittijiet umani.
Ftit tal-jiem ilu, Silvio Berlusconi, il-kap tal-partit Forza Italia, qal li jekk jitla’ fil-Gvern fl-elezzjoni ġenerali Taljana se jassigura li l-immigranti li jiġu salvati fil-Mediterran viċin ta’ Malta, jintbagħtu Malta.