Jekk nillegalizzaw il-kannabis inneħħuha minn idejn il-kriminali – ReLeaf

ReLeaf, organizzazzjoni favur il-legalizzazzjoni tal-kannabis, ikkritikat il-pożizzjoni li ħadu l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Psikjatrija u l-Fondazzjoni OASI kontra l-leġiżlazzjoni proposta.

Fi stqarrija, ReLeaf qalet li l-pożizzjoni li ħadu dawn iż-żewġ korpi ma jirnexxilhiex tiddistingwi bejn l-użu tal-kannabis u l-użu problematiku tal-kannabis, filwaqt li tinjora diversi sejħiet internazzjonali għal metodu aktar uman, responsabbli u regolat.

Le għal-legalizzazzjoni tal-użu rikreattiv tal-kannabis – OASI u Psikjatri

Skont ReLeaf, l-istqarrija tal-għaqdiet ġejja minn nuqqas ta’ għarfien dwar kif inhu s-suq tal-kannabis regolat, u dwar kif il-policies qed ikollhom impatt fuq is-saħħa pubblika u l-andament tas-suq tas-soċjetà.

ReLeaf qalet li hija konxja tad-diffikultajiet u l-perikli li jippreżenta s-suq illegali u s-sistema li tikkriminalizza lil kull min jabbuża mill-kannabis.