Jekk ngħix waħdi u jkolli l-virus, nista’ nfiq waħdi?

Iva, tista’ tfiq waħdek. Għall-bidu jkollok ħafna sintomi, imma mbagħad il-virus imut u jgħaddi minn ġo fik. Ma tibqax pożittiv u ma tibqax infettiv. Aħna għandna ċelloli bojod li jikkumbattu kontra l-virus u jeliminawh. Għalhekk jeħtieġ li l-immunità tagħna tkun tajba u b’saħħitha. 

Dan spjegatu Dr Tanya Melillo, Konsulent tal-mediċina pubblika fit-Taqsima tal-Mard Infettiv, waqt Newsbook Q&A, fejn wieġbet uħud mill-mistoqsijiet tal-qarrejja tagħna. 

Min ibati bil-hay fever u d-dipressjoni jkollu sintomi simili għal coronavirus. Għandu jmur għat-test xorta waħda?

Jekk ikun inkwetat iva. Iżda hemm min jaf xi jħoss is-soltu u għaldaqstant l-aħjar li jmur għat-test meta jara li s-sintomi huma differenti. 

L-irġiel ibatu bil-virus aktar minn nisa. Is-sistema immunitarja taffettwa?

Is-sistema immunitarja dejjem se taffetwa. Jekk ikollok l-immune system baxxa se taffettwak dejjem fejn jidħlu l-viruses. Però sa issa ma nafux ir-raġuni għaliex qed ikollna iktar każi ta’ rġiel milli nisa. Għad m’għandniex studji biżżejjed dwar dan.

L-ingwanti u l-maskri għandhom isiru mandatorji f’dan iżżmien?

L-ingwanti qatt, għax in-nies jaħsbu li jistgħu jmissu fejn iridu meta dawn ikunu kkontaminati, u għalhekk faċli tmiss wiċċek. Jekk tilbes l-ingwanti u ma taħsilhomx ta’ spiss, xorta waħda tkun qed iġġorr il-virus. Importanti mbagħad li meta tinżagħhom ma tikkontaminax lilek innifsek.  

Il-health care workers jagħmlu ħafna taħriġ dwar kif jintlibsu u jintneżgħu l-ingwanti, il-maskri u l-ilbies protettiv. 

Jekk tilbes l-ingwanti, xort trid taħsel idejk. 

Għandek bżonn l-għajnuna? Ara fuq liema numri tista’ ċċempel

  • 111 – Għal dawk li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtiequ iktar informazzjoni
  • 21411 411 – Għal dawk fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċinali
  • 2294 4511/2294 4504 – Biex tirrapporta lill-pulizija każi ta’ ksur tar-regolamenti dwar saħħa pubblika u l-Covid-19
  • 1772 – Għal dawk li jħossuhom waħedhom
  • 1575 – Għall-ħaddiema biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 1576 – Għal min iħaddem biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 153 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
  • 144 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mill-Malta Enterprise
  • 2204 2200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’pajjiż ieħor u jridu jiġu lura Malta
  • 2598 1000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv
  • 2169 2447– Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra
  • 2590 3030 – Għall-anzjani mingħajr sapport li għandhom bżonn mediċini, ikliet lesti jew prodotti tal-ikel (frott u ħaxix)
  • 2546 9111 – Għal dawk li jaħdmu fl-industrija tal-gaming

Rappurtaġġ addizzjonali: Liz Cutajar

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn