Jekk mill-Qawra aħseb qabel!

Din il-ġimgħa, Transport Malta se tkun qed tagħmel xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-Qawra.

Illejla u għada billejl se jkun qed isir xogħol fi Triq it-Turisti bejn l-10pm u l-5am.

Min-naħa l-oħra, bejn l-Erbgħa u l-Ħamis billejl se jkunu qed isiru xogħlijiet f’Dawret il-Qawra, fl-istess ħinijiet.

Waqt il-ħin tax-xogħol, partijiet minn dawn it-toroq se jkunu magħluqa għat-traffiku inkluż għat-trasport pubbliku.

Għaldaqstant, fi stqarrija Transport Malta ħeġġet lis-sewwieqa biex ma jipparkjawx fejn se jsir ix-xogħol, kif indikat bis-sinjali li se jitwaħħlu, u biex jgħaddu minn toroq alternattivi.