Tined u kampijiet tan-nies, minflok sunbeds tal-operaturi

Jekk mhux sunbeds minn operaturi li jridu jaqilgħu l-flus, tined u kampijiet minn persuni komuni invadew il-Bajja tal-Armier, b’ħalfa li l-bajja ma tkun qatt aċċessibbli verament għal kulħadd.
Ritratti fuq Facebook juru l-ammont ta’ kampijiet, wieħed ħdejn l-ieħor, jokkupaw biċċa sew mill-art tal-bajja. Qed jingħad li wħud ikkampjaw hemmhekk tul il-lejl.
Dan l-att seħħ biss jumejn wara li mill-istess bajja tneħħew mijiet ta’ deckchairs u sunbeds.
Ilbieraħ ukoll segwiet azzjoni simili mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), li neħħiet 25 sunbed mill-Blue Lagoon f’Kemmuna.
Ma’ Newsbook.com.mt lbieraħ iċ-Ċermen tal-MTA, Gavin Gulia, qal li l-infurzar iseħħ fuq bażi regolari, u mhuwiex xi ħaġa ta’ darba.
Ritratti: Facebook