Jekk mhux fix-Schengen, se jiżdiedlek il-kontroll

JiIl-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħabbar li żdiedu l-kontrolli fuq ċittadini Ewropej li jidħlu jew jitilqu minn Malta lejn pajjiżi oħra barra mix-Schengen, li Malta hi parti minnu.
Il-Maltin u ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea se jkunu suġġetti għal dawn il-kontrolli meta jtiru lejn u minn ajruporti fir-Renju Unit u ajruporti barra l-Unjoni Ewropea u z-Zona Schengen, bħal Istanbul, Moska, Tripli u Tuneż.
Dawn il-kontrolli qed isiru skont emendi riċenti għall-Kodiċi tal-Fruntieri tax-Schengen, liema emendi daħlu fis-seħħ fl-istati kollha li jiffurmaw parti miżz-Zona Schengen.
Dan kollu qed isir għal raġunijiet ta’ sigurtà, qal il-Ministeru fi stqarrija, b’mod partikolari wara l-attakki f’Pariġi ta’ Novembru 2015, kif ukoll sabiex sabiex tkun indirizzata t-theddida mill-ġelllieda terroristiċi barranin.
Proprju llum għadu kif seħħ attakk teroristiku ieħor fi Stokkolma, xħin trakk baqa’ dieħel għal fuq in-nies fi stabbilment kummerċjali.