Jekk ma tridx li għada jirmunkawlek il-karozza…

Jekk toqgħod fi Triq il-Karmnu u Triq Karmenu Ciantar fl-Imqabba, qis li ma tipparkjax il-karozza hemm għada bejn is-2:30pm u s-6pm, hekk kif dawk kollha li jipparkjaw fit-triq qed jirriskjaw jispiċċaw bla karozza.
Skont avviż mill-Kummissarju tal-Pulizija, it-toroq imsemmija se jkunu wkoll magħluqha għat-traffiku fil-ħinijiet imsemmija hawn fuq.