Jekk ma torqodx tajjeb billejl…ħu ħsieb qalbek

sleep

Dawk li ma jorqdux tajjeb billejl jinsabu f’riskju akbar li qalbhom tħabbat b’mod irregolari u b’hekk jiżdied iċ-ċans ta’ attakk tal-qalb.Riċerkaturi mill-Università ta’ Kalifornja fl-Istati Uniti sabu li meta spiss l-irqad ma jkunx regolari, jiżdied l-istress fuq il-ġisem u jseħħu bidliet elettriċi fil-qalb.

It-taħbit tal-qalb b’mod irregolari jaffettwa wieħed minn kull 40 persuna.
L-istudju ppublikat fir-rivista Heart Rhythm, għamel analiżi ta’ erba’ studji fuq 14-il miljun persuna u rriżulta li dawk li ma jorqdux lejl sħiħ iżidu b’terz iċ-ċans tat-taħbit tal-qalb b’mod irregolari.

Hemm soluzzjoni…

Dr Gregory Marcus, li mexxa l-istudju, jispjega li din il-problema tista’ tiġi evitata billi persuna tagħmel l-eżerċizzju, tevita l-kafeina, tidħol fis-sodda f’ħin raġonevoli b’mod regolari u tevita li tħares lejn screens qabel torqod.
Dan kollu jgħin biex it-taħbit tal-qalb jinżamm regolari u jkun evitat ir-riskju ta’ attakk tal-qalb.