“Jekk ma titlaqx minn Malta…” – Il-Qorti twissi

qorti bla permess familja

Il-qorti wisset raġel ta’ 26 sena li ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn, li jekk ma jitlaqx minn Malta mill-aktar fis possibli, kien se jerġa jittella’ quddiem il-qorti.

Dan wara li nstab li kellu fil-pussess tiegħu karta tal-identità Taljana, falza.

Is-Sirjan, li jgħix il-Greċja, ġie sentenzjat il-ħabs ilbieraħ. Apparti li kellu l-karta tal-identità falza, is-Sirjan kien jaf li din kienet falza u possibilment kellu l-intenzjoni li jużaha.

Huwa ammetta li kien ħati u informa l-qorti li kellu l-ħsieb li jitlaq lura lejn il-Greċja minn Malta.