“Jekk ma tinstabilhomx dar sa tmiem il-ġimgħa jinqatlu”

Jekk l-10 ħnieżer li għad fadal mill-35 li nstabu f’razzett fil-Mellieħa ma jiġux addottati sa tmiem din il-ġimgħa dawn se jinqatlu. 

Dan qaluh bosta għaqdiet lokali li qed jaħdmu bla rażan sabiex isibu dar lill-ħnieżer kollha, inkluż Animal Liberation Malta, Time for Change u anke Vegan Malta. Madanakollu jidher li l-għajta qed tkompli tikber. 

Ma’ Newsbook.com.mt, Time For Change irrimarkaw kif qed jaħdmu bla rażan kemm biex isibu dar lil dawn il-ħnieżer, imma wkoll biex jipprvaw jerġgħu iġibu estenzjoni taż-żmien biex isibu dar għal dawn il-ħnieżer minflok jintbagħtu għall-qatla. 

Skont Animal Liberation Malta, l-għaqdiet kien irnexxielhom isibu dar li kienet lesta li tieħu lill-ħnieżer kollha, madanakollu din ma kelliex il-permessi neċessarji biex tagħmel dak hekk kif biex trabbi akta rminn żewġ ħnieżer trid tkun ċertifikat bħala bidwi li jista’ jrabbi l-annimali għall-għalf.

And then there were 10… We have been working around the clock to find forever homes for these pigs. Please open…

Posted by Time For Change on Thursday, September 13, 2018

Time is of the essence. The deadline for homing these pigs has been extended twice, and if they do not find homes by the…

Posted by Animal Liberation Malta on Tuesday, September 11, 2018

Jekk tixtieq taddotta ħanżir ibgħat messaġġ lil Animal Liberation Malta jew inkella lil Time For Change għal aktar dettalji.