Jekk ma taqbilx mal-post u mal-istalls tal-Monti…

Wara li ħafna kkummentaw fuq il-mezzi soċjali, issa fuq Facebook tnediet ukoll petizzjoni kontra l-istands tal-bejjiegħa u kontra l-post fejn se jibda jintrama l-Monti.
Din il-paġna twaqqfet mill-Viċi Sindku tal-Belt Valletta Christian Micallef u dak tal-Floriana Matthew Paris.
L-imwejjed tal-bejjiegħa kif ukoll il-post fejn huwa propost li jibda jarma l-Monti huma fiċ-ċentru ta’ kontroversja hekk kif ħafna qed isostnu li dawn jistonaw mal-proġett tad-daħla tal-Belt Valletta.
Ilbieraħ Newsbook.com.mt irrappurta li dawk li jarmaw il-Monti huma kuntenti bid-diżinn tal-istalls il-ġodda.
Fl-istess waqt iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef qal li jinsab imnikket bid-diżinn tal-imwejjed tal-bejjiegħa tal-monti.